Is-Sur Mark Musù ingħaqad mas-Servizz Pubbliku fl-1986, fejn minn dakinhar okkupa diversi karigi fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Ħadem f’diversi karigi fi ħdan dan id-Dipartiment sakemm f’Diċembru 2005 inħatar Direttur responsabbli għall-Affarijiet tal-UE u Internazzjonali fi ħdan il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.

F’Novembru 2008 is-Sur Musù inħatar Direttur (Żvilupp Strateġiku u Relazzjonijiet Internazzjonali) fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u f’Novembru 2012 ġie fdat bir-rwol ta’ Direttur (Strateġija tal-Pensjonijiet). Matul dawn is-snin huwa rrappreżenta lil Malta f’diversi kumitati, konferenzi u seminars tas-sigurtà soċjali tal-UE u internazzjonali oħra.

F’Marzu 2013 inħatar Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u f’Ġunju 2017 reġa’ ġie maħtur bħala Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali. Huwa serva wkoll bħala Chairperson tal-Grupp tal-Istrateġija tal-Pensjonijiet. Huwa wkoll membru tal-Bord tan-Network tal-Iżvilupp Sostenibbli kif ukoll membru tal-Kumitat Kontra t-Traffikar tal-Bniedem. F’Novembru 2020 is-Sur Mark Musù inħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ġustizzja Soċjali u Solidarjetà, Familja u Drittijiet tat-Tfal u Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali. F’April 2022 is-Sur Musù nħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal u fil-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli. Is-Sur Musù gradwa fl-Amministrazzjoni Pubblika.

akkomodazzjoni
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.