MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI
U L-ARTIJIET

Il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet huwa impenjat li jiżgura akkomodazzjoni adegwata, affordabbli u ta’ kwalità għal kulħadd, filwaqt li jmexxi u jamministra l-artijiet u l-proprjetà tal-Gvern b’mod responsabbli, trasparenti u sostenibbli.

Il-Ministeru jaħdem biex isaħħaħ is-settur tal-akkomodazzjoni permezz ta’ politika u inizjattivi li jappoġġjaw lis-sidien prospettivi, lill-familji u lill-individwi li għandhom bżonn għajnuna biex ikollhom aċċess għal akkomodazzjoni xierqa. Dan jinkludi l-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli, l-assistenza fil-qasam tal-kera, kif ukoll diversi skemi u miżuri mmirati biex jgħinu aktar nies isiru sidien ta’ darhom.

Fl-istess waqt, il-Ministeru huwa responsabbli mill-ġestjoni u l-amministrazzjoni tal-artijiet u l-proprjetà tal-Gvern, bil-għan li dawn ir-riżorsi pubbliċi jintużaw bl-aktar mod effiċjenti u fl-aħjar interess tal-komunità.

Permezz tal-ħidma tal-Ministeru u tal-entitajiet tiegħu, il-Gvern qed ikompli jinvesti f’komunitajiet aħjar, akkomodazzjoni ta’ kwalità u użu responsabbli tal-proprjetà pubblika.