Scroll to top
EN: Hon. Owen Bonnici MT: Onor. Owen Bonnici

Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet.

Twieled iż-Żejtun – iż-żgħir fost żewġt’aħwa.

Huwa ggradwa b’Baċellerat fl-Istudji Legali u Umanistici (Studji Ewropej) fl-2001 u b’Dottorat fil-Liġi mill-Università ta’ Malta fl-2004.  Huwa kompla jistudja biex kiseb ukoll diploma fil-Ġurisprudenza Kanonika fl-2005, mit-Tribunal Ekkleżjastiku Metropolitan. 

Ħadem bħala Avukat fil-prattika privata u jgħallem fil-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta’ Malta bħala teaching associate. Il-Ministru Bonnici mexa ‘l quddiem fil-kamp politiku pass pass.  Beda bħala Kunsiller u mbagħad Viċi-Sindku fuq il-lokalità ta’ Marsaskala. Ġie elett ukoll diversi drabi bħala membru fuq l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista.

Kien elett fil-Parlament għall-ewwel darba fl-2008 fl-età ta’ 27 sena. Dakinhar tal-votazzjoni ta’ dik l-elezzjoni ġenerali, hu kien sar missier ta’ Ema.  

Bejn l-2008 u l-2013, il-Ministru Bonnici serva ta’ Kelliem tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ u l-Kultura, u wara għall-Edukazzjoni Għolja, Università u Riċerka.  Meta nħatar Gvern Laburista fl-2013 hu ngħata l-kariga ta’ Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja u mbagħad, bejn l-2014 sal-2017 serva fil-kariga tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.

Huwa reġa’ ġie elett fl-elezzjoni ġenerali tal-2017 u ġie kkonfermat mill-ġdid fil-kariga ta’ Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali sa ma fl-2020 nħatar Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.  Sussegwentement huwa ngħata r-responsabbilita’ tar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Ko-ordinazzjoni tal-Istrateġija għal wara l-COVID-19 u iktar tard, fis-26 ta’ Marzu 2021, tal-Ugwaljanza b’żieda mar-responsabbilitajiet li kellu.

Fl-elezzjoni ġenerali tal-2022, Dr Bonnici ġie elett miż-żewġ distretti li kkontesta fihom u fit-30 ta’ Marzu nħatar bhala Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, u l-Gvern Lokali.

Sussegwentement mal-portafoll tiegħu żdiedet ir-responsabbilita’ tal-Artijiet.

Wara l-elezzjoni tal-2026, Dr Bonnici reġa’ ġie elett għall-ħames darba konsekuttiva u ġie mill-ġdid appuntat Ministru għar-raba’ Gvern suċċessiv.  Huwa ngħata l-inkarigu ta’ Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet.

Huwa matul il-karriera tiegħu serva bħala Kap tal-Kamra tad-deputati u diversi drabi bħala Aġent Prim Ministru.

L-ikbar passatemp ta’ Owen Bonnici huwa l-futbol u jżomm ma’ Southampton FC. Iħobb hafna l-qari, il-mużika, l-arti u l-kultura.

akkomodazzjoni
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.