Scroll to top

Il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet huwa responsabbli mill-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern fil-qasam tal-akkomodazzjoni u l-ġestjoni tal-artijiet u l-proprjetà pubblika.

Il-ħidma tal-Ministeru tiffoka fuq li jiġi żgurat li l-familji u l-individwi jkollhom aċċess għal akkomodazzjoni adegwata u affordabbli, filwaqt li jiġu żviluppati soluzzjonijiet sostenibbli għall-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom dawk li qed ifittxu akkomodazzjoni.

Fost l-oqsma ewlenin ta’ responsabbiltà hemm l-akkomodazzjoni soċjali, l-akkomodazzjoni affordabbli, il-kera, it-titjib u l-manutenzjoni tal-Housing Estates, kif ukoll l-iżvilupp ta’ inizjattivi li jiffaċilitaw is-sjieda tad-djar.

Il-Ministeru huwa wkoll responsabbli mill-ġestjoni tal-artijiet u l-proprjetà tal-Gvern, inkluż permezz tal-Awtorità tal-Artijiet, l-Uffiċċju Konġunt u l-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet.

Permezz ta’ kollaborazzjoni kontinwa mal-entitajiet tiegħu, mal-awtoritajiet lokali, mas-settur privat u ma’ partijiet interessati oħra, il-Ministeru jimmira li jsaħħaħ il-kwalità tal-akkomodazzjoni, jagħmel użu aħjar mir-riżorsi pubbliċi u jikkontribwixxi għal komunitajiet aktar sostenibbli.

akkomodazzjoni
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.