Scroll to top

Roderick Galdes huwa politiku Malti elett fil-Parlament Malti, sa mill-2004. Bħalissa huwa membru tal-Kabinett tal-Ministri tal-Gvern ta’ Malta u jservi bħala Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli.

Preċedentement serva bħala Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali. Mis-sena 1994 ’il quddiem serva bħala kunsillier fil-lokalità ta’ Ħal Qormi, kif ukoll bħala Sindku mill-2001 sal-2004. Ġie elett fil-Parlament fl-2004, u reġa’ ġie elett fl-elezzjonijiet tal-2008, 2013, 2017 u 2022 mis-Sitt Distrett li jinkludi raħal twelidu, Ħal Qormi, flimkien ma’ Ħal Luqa, is-Siġġiewi u partijiet minn Ħaż-Żebbuġ.

Roderick Galdes gradwat b’Masters fl-Istudji tal-Istati tal-Gżejjer Żgħar (Masters in Small Islands States) mill-Università ta’ Malta, b’Baċellerat fl-Ippjanar Urban (Bachelors in Urban Planning) mill-istess università, u b’Diploma fl-Istudji tal-Ippjanar (Diploma in Planning Studies).

Huwa miżżewweġ lil Joanne Galdes (née Carabott), u huwa missier ta’ tlett itfal: Daniel, Andrew u Nathan.

akkomodazzjoni
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.